L-operaturi tat-tiġijiet jitolbu aktar ċarezza fuq il-ftuħ potenzjali

Operaturi tat-tiġijiet talbu aktar ċarezza dwar il-ftuħ mill-ġdid li qed jiġi propost mill-1 ta’ Ġunju. Fi stqarrija mibgħuta mill-Malta Chamber of SMEs ġie innutat li bi ftit aktar minn xahar ‘il bogħod minn din id-data, u b’tant ippjanar fejn jidħol tieġ, il-fornituri tat-tiġijiet u l-koppji ma jistgħux jitħallew f’din is-sitwazzjoni msejħa prekarja u inċerta.

Intqal kif is-settur tat-tieġ intlaqat ħażin ħafna mill-pandemija tal-Covid-19 u ġie osservat li l-industrija u l-koppji li jixtiequ jiżżewġu ilhom għaddejin minn mewġa ta’ inċertezza kbira b’posposti kontinwi u kanċellazzjonijiet ta’ tiġijiet mill-bidu tal-pandemija.

Intqal kif minħabba li s-settur reġa’ ngħalaq riċentament, it-tiġijiet kollha riżervati għal Marzu, April u Mejju ma setgħux isiru u ddeskrivew dan bħala daqqa devastanti għas-settur.

Share With: