L-inqas każi ġodda reġistrati sa minn Settembru

Minn 1,883 swab test li ttieħdu lbieraħ kien hemm 27 persuna li rriżulta pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 30 persuna li rkupraw biex il-każi attivi issa jammontaw għal 583.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 264,658 doża tal-vaċċin, b’80,671 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Il-Ministeru qal ukoll li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel ta’ 67 sena waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Din hija l-inqas rata ta’ każi ġodda reġistrati sa minn Settembru hekk kif fit-30 ta’ Settembru kienu reġistrati 23 każ ġdid.

Share With: