L-Indja f’sitwazzjoni allarmanti ta’ każijiet

Fl-aħħar sigħat, l-Indja rreġistrat numri rekord f’dawk li huma mwiet kawża tal-virus Covid-19 hekk kif f’temp ta’ 24 siegħa dan il-pajjiż irreġistra 2,104 mewt.

Apparti dan, l-isptarijiet tal-pajjiż qegħdin jiffaċċjaw pressjoni tremenda hekk kif dawn għandhom nuqqas kbir ta’ sodod kif ukoll nuqqas kbir ta’ tankijiet tal-ossiġnu. 

Fi statistika pprovduta lbieraħ mill-Ministeru tas-Saħħa ħareġ li f’perjodu ta’ 24 siegħa dan il-pajjiż kellu 314,835 każ ġdid.

B’kollox dan il-pajjiż s’issa kellu total ta’ madwar 16-il miljun każ u aktar minn 80,000 mewt. 

Share With: