L-Impatt ta’ Brexit fuq in-Negozju

Għalkemm il-preparazzjonijiet bdew wara r-riżultat tal-vot tar-referendum tal-2016, Brexit għadu qed jippreżenta xenarju inċert u ambigwu fost il-komunità tan-negozji. Minħabba r-rabtiet tradizzjonali bejn Malta u r-Renju Unit, l-impatt huwa sinifikanti ħafna għan-negozji lokali.

Dan kollu u aktar se jiġu diskussi waqt webinar li ġej ‘The Brexit Impact on Business’ nhar it-Tnejn 5 ta’ April fl-10:00 am. Il-kelliema ewlenin ser jiddiskutu l-‘Ftehim tal-Kummerċ u l-Kooperazzjoni’ nnegozjat fuq livell ta’ UE, l-impatt ta’ Brexit fuq oqsma bħad-Dwana u l-VAT u l-ambigwitajiet li jiffaċċjaw kemm negozji esposti internazzjonalment kif ukoll negozji żgħar domestiċi.

Dan il-webinar b’xejn qed jiġi ospitat mill-Gozo Business Chamber u l-Europe Direct Information Centre Gozo b’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta. Huwa appoġġjat mill- Ministeru għall-iskema tal-Gozo NGO Assistance, programm ta’ finanzjament għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fil-Gżira Għawdxija.

Negozji interessati li jissieħbu f’din id-diskussjoni informattiva għandhom jirreġistraw fuq https://www.bov.com/Events/the-brexit-impact-on-business.

Share With: