L-ilbiesi tal-ġinnasti Ġermaniżi kontra s-sesswalizzazzjoni fl-isport

Ritratt: AFP via Getty Images

Ma ma kisret l-ebda regola, iżda l-libsa sħiħa ta’ Sarah Voss din il-ġimgħa fil-Kampjonati Ewropej tal-Ġinnastika Artistika sfidat il-konvenzjoni.

S’issa n-nisa dejjem għattew saqajhom biss f’kompetizzjoni internazzjonali għal raġunijiet reliġjużi.

Voss, ġinnasta mill-Ġermanja, qalet li hija kburija bid-deċiżjoni tagħha u kienet appoġġata mill-federazzjoni tal-ġinnastika ta’ pajjiżha.

Żewġ kollegi tat-tim imbagħad għamlu l-istess nhar il-Ġimgħa, libsu libsa waħda waqt il-finali kollha tan-nisa.

Il-federazzjoni Ġermaniża (DTB) qalet li l-ġinnasti tagħha li qed jikkompetu fil-belt Svizzera ta’ Basel kienu qegħdin jieħdu pożizzjoni kontra s-”sesswalizzazzjoni fil-ġinnastika”, u żiedet tgħid li l-kwistjoni saret iktar u iktar importanti biex tipprevjeni l-abbuż sesswali.

“Nisperaw li l-ġinnasti skomdi fl-ilbies tas-soltu jħossuhom imħeġġa biex isegwu l-eżempju tagħna,” qalet Voss.

Hija spjegat id-deċiżjoni tagħha: “Aħna n-nisa kollha rridu nħossuna tajbin fil-ġilda tagħna. Fl-isport tal-ġinnastika ssir dejjem aktar diffiċli hekk kif il-ġisem dejjem jiżviluppa.Ma narax il-ħwejjeġ stretti tal-ġinnasju bħala ħaġa kbira. Imma meta bdiet il-pubertà, bdejt inħossni dejjem aktar skomda.”

Il-federazzjoni Ġermaniża qalet li l-isport u l-ġinnastika għandhom ikunu oqsma fejn l-atleti nisa jħossuhom komdi fil-ħwejjeġ tagħhom il-ħin kollu.

F’messaġġ ippubblikat fuq Instagram nhar il-Ħamis, Voss iddeskriviet id-deċiżjoni bħala proġett “qrib il-qlub tat-tim tagħna”. Hija qalet li l-prestazzjoni tagħha fuq ir-raġġ ma marritx daqs kemm kienet ittamat, iżda l-messaġġ tagħha rebaħ l-ammirazzjoni ta’ ħafna.

Taħt ir-regoli tal-federazzjoni internazzjonali tal-ġinnastika (FIG) il-kompetituri huma permessi li jilbsu “leotard b’biċċa waħda bir-riġlejn ta’ tul sħiħ – mill-ġenbejn sal-għaksa”, sakemm ikun ta’ disinn eleganti.

Share With: