L-eks Supretendent Ray Aquilina interrogat fuq ‘leaks’ mill-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ DCG

Skont dak irrappurtat minn Times of Malta, l-eks Supretendent Ray Aquilina ġie arrestat b’rabta ma’ allegati leaks mill-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Aquilina, li kien imexxi t-taqsima tar-reati ekonomiċi u persuni oħra jidher li ġew arrestati u mitkellma wara li allegatament għaddew informazzjoni sigrieta lil dawk involuti fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia lura fl-2017.

Melvin Theuma, xehed fil-Qorti li fl-2019 kien qed jistenna li jingħata lista bil-proprjetajiet li l-pulizija kienet se tagħmillu rejd fihom, liema lista allegatament kellha tingħata minn Aquilina li llum m’għadux uffiċjal tal-pulizija.

Share With: