L-ebda mwiet bil-Covid-19

Il-każi attivi f’pajjiżna telgħu għal 614 wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 1,580 swab test li ttieħdu ġew reġistrati 60 każ ġdid. Fl-istess waqt kien hemm 41 persuna li rkupraw mill-virus.

Intant ħadd ma miet kaġun tal-Covid-19.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 276,516-il doża tal-vaċċin, b’84,933 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Share With: