L-attivist li nqatel mill-Pulizija jumejn wara li nqatel Martin Luther King

Bħal lum 6 ta’ April 1968, eżattament jumejn wara l-qtil ta’ Martin Luther King, kien inqatel ‘Little’ Bobby Hutton, attivist ta’ 17-il sena ta’ Black Panther. Hu kien inqatel mill-Pulizija f’Oakland f’Kalifornja. 

Hutton kien involut fi sparaturi mal-Pulizija sakemm hu kien ċeda. Hu ħalla l-arma, neħħa l-flokk u ħareġ mill-basement li kien fih b’idejh mgħollija. Hu kien avżat biex joħroġ mill-moħba għarwien iżda hu kien imbarazzat jagħmel hekk u ħareġ bil-qalziet. Il-Pulizija sparawlu minn tal-inqas għaxar darbiet u qatluh.

Sitt ijiem wara xejn inqas minn 1,000 persuna attendew il-funeral tiegħu. L-attur Marlon Brando kien għamel eloġju dwaru fil-funeral. Il-qtil tiegħu kien wassal għal tkabbir fil-popolarità tal-Black Panther. 

Share With: