L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona joħroġ mill-Isptar

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ilbieraħ filgħaxija ħareġ mill-Isptar Mater Dei u jinsab lura fir-residenza tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Ħabbret dan il-Kurja fi stqarrija maħruġa minnha aktar kmieni dalgħodu.

Ftit tal-jiem ilu, proprju fil-11 ta’ April, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona kien daħal l-isptar fejn kien sarlu intervent minuri f’qalbu.

Fl-istess stqarrija, l-Kurja rringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih f’dawn il-jiem.

Share With: