L-anqas każi ġodda rreġistrati sa minn Lulju tas-sena li għaddiet

In-numru ta’ każi attivi kompla nieżel għal 563 każ hekk kif minn 1,584 swab test kien hemm 13-il persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 62 persuna li rkupraw mill-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 282,841 doża tal-vaċċin, bi 87,770 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Intant fl-aħħar 24 siegħa kien hemm raġel ta’ 57 sena u ieħor ta’ 81 sena li mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Din hija l-anqas rata ta’ każi ġodda rreġistrati sa minn 31 ta’ Lulju li għadda. Dakinhar kienu ġew reġistrati biss 10 każi ġodda tal-Covid-19 f’pajjiżna u l-każ attivi kienu għadhom jammontaw għal 150 każ.

Share With: