L- Air Malta tippublika l-iskeda għal Mejju

Sakemm jsiru l-aħħar preparamenti sabiex l-Air Malta tippubblika żieda fit-titjiriet għas-Sajf li ġej, l-kumpanija ħabbret l-iskeda għax- xahar ta’ Mejju. Ix-xahar id-dieħel, l-Air Malta se żżid l-ajruport ta’ Orly f’Pariġi fl-iskeda biex b’hekk tibda topera total ta’ 26 titjira fil-ġimgħa lejn 11-il destinazzjoni differenti.

Huwa u jikkummenta dwar din l-aħbar Roy Kinnear, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta, qal, “Wara żieda fid-domanda mis-suq Franċiż, ninsabu kuntenti li qiegħdin inħabbru rotta oħra lejn it-tieni hub ta’ Pariġi man- network tagħna flimkien mal-ajruport ta’ Charles de Gaulle. Filwaqt li l-iskeda tat-titjiriet attwali tagħna għandha ferm inqas rottot minn dik li konna noperaw fis-sajf tal-2019, qed insegwu u nadattaw b’mod kontinwu n-network u l-iskeda tagħna biex niżguraw konnettività essenzjali tal-passiġġieri u tal-merkanzija lejn u mill-Gżejjer Maltin u l- ajruporti ewlenin tal-bliet”.

“Innutajna b’sodisfazzjon is-suċċess tad-distribuzzjoni ta’ vaċċini f’ħafna pajjiżi, speċjalment f’Malta. Dawn is-suċċessi jawguraw tajjeb għall-bidu mill-ġdid tat-turiżmu u l-linja tal-ajru tħeġġeġ biex isiru sforzi ħalli jitħaffef dan il-proċess. Huwa biss permezz ta’ inizjattivi kkoordinati bħal dawn li l-Istati jistgħu jibdew jillaxkaw ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tagħhom b’mod sikur u nistgħu naraw żieda fid- domanda għall-ivvjaġġar,” żied jgħid is-Sur Kinnear.

L-Air Malta qed tilqa’ l-isforzi biex l-ivvjaġġar isir aktar faċli, ikkoordinat u sikur għall-klijenti. Flimkien ma’ inizjattivi bħaċ-ċertifikat diġitali aħdar li jippermetti liċ-ċittadini tal-UE li jkunu tlaqqmu, ittestjaw negattiv jew irkupraw mill-COVID-19 jivvjaġġaw b’mod aktar liberu fl-UE, il-linja tal- ajru hija fiduċjuża u kunfidenti li se naqbdu t-triq għall-irkupru.

L-Air Malta saħqet li r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ dawk li jivvjaġġaw huma l-prerogattiva tal-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Saħħa tal-pajjiżi li minnhom topera l-linja tal-ajru u li se tkompli tirrispetta r-rekwiżiti kollha tas-saħħa kif ordnata tagħmel. Is-saħħa u s-sigurta tal-klijenti u l- ekwipaġġ tagħha għadha prijorità ewlenija tal-Air Malta.

Mix-xahar ta’ Mejju, l-Air Malta se topera bl-iskeda ta’ hawn taħt:

Hekk kif il-prenotazzjonijiet u d-domanda jiżdiedu, l-Air Malta tistenna bil-ħerqa li żżid aktar titjiriet fix-xhur li ġejjin.

Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskeda tat-titjiriet u aħbarijiet oħra, tista’ żżur www.airmalta.com, iċċempel liċ-ċentru telefoniku tal-linja tal-ajru fuq +356 21662211 jew iżżur l-uffiċċju tal-bejgħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew aġenti tal-ivjaġġar.

Share With: