Kontejner b’repliki tal-AK 47 maqbud mid-Dwana … kien fi triqtu lejn il-Libja

Id-Dipartiment tad-Dwana interċetta kontejner li fih kien iddikjarat li hemm oġġetti ta’ krafts iżda li wara spezzjoni li saret fih instabu aktar minn 900 repliki finta ta’ rifles AK47.

Dawn ir-repliki, li kienu destinati lejn il-Libja, huma tal-istess għamla u piż approssimattiv bħal AK47 reali u huma suspettati li huma intenzjonati bħala rifles ta’ taħriġ użati fi drill, korsijiet ta’ attakk u familjarizzazzjoni tal-pussess ta’ armi. 

Investigazzjonijiet mid-Dipartiment tad-Dwana wasslu għar-riferiment tal-każ lill-Bord tal-Monitoraġġ tas-Sanzjonijet, u wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Libja, id-Dipartiment ikkonfiska din il-merkanzija u se jkun qed jeqred dawn l-oġġetti. 

Share With: