Kollox għadu miftuħ bejn Man City u Borussia Dortmund

Man City …………2

Borussia D. ……..1

Manchester City għelbu lil Borussia Dormtund bl-iskor ta’ 2-1 biex kollox għadu miftuħ għat-tieni leg.

Kienu Borussia Dortmund li fetħu tajjeb biex ġiegħlu lis-Citizens jid­de­fendu fejn Ansgar Knauff u Erling Haaland kienu l-aktar attivi.

Peró mal-ewwel żball li kkommettew il-Ġermaniżi, fid-19-il minuti, it-team immexxi minn Pep Guardio­la fetaħ l-iskor hekk kif f’kontrattakk veloċi Kevin de Bruyne sammar il-ballun fix-xibka.

Fit-30 minuta, Borussia ħelsuha ħafif meta Rodri pprova jqarraq li Can laqtu biż-żarbun ġo wiċċu fil-kaxxa biex ingħataw penal­ty. Iżda l-VAR wera mod ieħor u r-referee bidel id-deċiżjoni. 

Fit-39 minuta, l-istess Borussia kellhom goal le­ġittimu mħassar meta Jude Belling­ham ġie ġġudikat li kkommetta foul fuq il- goalkeeper Ederson meta l-anqas kien hemm kuntatt bejniethom.

Il-Ġermaniżi kisbu d- draw sitt minuti mit-tmiem minn Marco Reus iżda Phil Foden (90) kiseb ir-rebħa għas-Citizens.  

Share With: