Kim Jong-un iwissi dwar kriżi diffiċli għall-Korea ta’ Fuq

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, ħeġġeġ liċ-ċittadini biex jippreparaw għal kriżi diffiċli, wara twissijiet li saru minn gruppijiet favur id-drittijiet tal-bniedem li l-pajjiż qed jiffaċċja tnaqqis fil-provvista tal-ikel u instabbiltà ekonomika.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-partit, Kim deher jipparaguna s-sitwazzjoni mas-sitwazzjoni ta’ karestija li laqtet lill-pajjiż fis-snin 90.

Il-Korea ta’ Fuq għalqet il-fruntieri tagħha minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Dan wassal biex il-kummerċ maċ-Ċina, li huwa vitali għall-ekonomija tagħha, jieqaf għal kollox.

Apparti dan hemm fis-seħħ sanzjonijiet ekonomiċi internazzjoni b’rabta mal-programm nukleari ta’ Pyongyang.

Aktar kmieni dil-ġimgħa Kim wissa li l-pajjiż qed jiffaċċja l-agħar sitwazzjoni s’issa u numru ta’ sfidi bla preċedent.

Share With: