Kellha tbigħ darha minħabba li spiċċat tara l-ġirien jinħaslu f’ħin l-ikel

Mara fl-Iskozja kellha tbigħ darha minħabba proprjetà ġdida li telgħet fil-viċin u spiċċat tara l-ġirien il-ġodda jinħaslu waqt ħin l-ikel. Pauline Boyd u s-sieħeb tagħha xtraw id-dar tal-ħolm tagħhom u kienu qegħdin jgħixu l-ħajja li dejjem xtaqu f’żona kwieta fl-Iskozja.

Minkejja dan, proprjetà ġdida li nbniet f’qasir żmien mingħajr l-ebda preżenza ta’ applikazzjoni fil-post, wasslet biex din il-ħolma ssir xi ħaġa tal-passat. Il-mara spjegat li l-istruttura ta’ din il-proprjetà hija problematika għalihom u dan hekk kif mill-kċina tagħhom qed jispiċċaw jaraw lill-ġirien il-ġodda deħlin u ħerġin jinħaslu.

Boyd għamlitha ċara li mhijiex l-ewwel residenta li spiċċat f’din is-sitwazzjoni u li xi persuni oħra lmentaw dwar problema simili li kkawżatilhom din il-proprjetà ġdida.

Share With: