Kelb tad-Dwana jxomm €22,000 kontanti mhux iddikjarati

Kelb tad-Dwana bl-isem ta’ Charlie rnexxielu jxomm €22,000 kontanti mhux iddikjarati li kienu moħbija fuq passiġġier mill-Kosta tal-Avorju.

Fi stqarrija intqal li Uffiċjali tad-Dwana kienu qed iwettqu spezzjonijiet qabel titjira lejn l-Istanbul, meta Charlie ta indikazzjoni pożittiva dwar passiġġier partikolari. Il-passiġġier qal li ma kienx ċert kemm kien qed iġorr flus u ppreżenta madwar €3,000 biss.

Minħabba r-reazzjoni ta’ Charlie, l-uffiċjali wettqu tfittxija personali fuq il-passiġġier u elevaw €19,000 moħbija.

Il-passiġġier ħallas multa talli naqas milli jiddikjara l-flus kontanti tiegħu u tħalla jivvjaġġa.

Share With: