Jose Borg se jkompli l-karriera ta’ coach fil-Kanada ma’ FC Manitoba

Jose Borg mistenni jkompli bil-karriera tiegħu fil-coaching fil-Kanada hekk kif se jkun qed imexxi lit-team tar-raba’ diviżjoni, FC Manitoba.

Borg huwa wiċċ familjari mal-football f’Malta wara li mexxa lil Tarxien Rainbows u lil St Andrews fil-Kampjonat Premier filwaqt li wassal lil Marsa FC għall-promozzjoni mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni għal dak tal-Ewwel Diviżjoni.

Ta’ nota huwa l-fatt li nvolut ma’ FC Manitoba hemm ukoll l-ex player ta’ Tarxien Rainbows u Floriana FC, Michele Paolucci, li fil-passat lagħab ukoll ma’ Catania u Juventus fl-Italja.

Share With: