Jinżamm arrestat wara li jferi b’mod gravi lil persuna f’argument f’Għawdex

Raġel baqa’ jinżamm arrestat b’rabta mal-involviment tiegħu f’argument f’Għawdex li seħħ ilbieraħ.

Il-każ seħħ fi Triq il-Port, iż-Żebuġ Għawdex, bl-akkużat ta’ 35 sena jikkaġuna feriti ta’ natura gravi fuq persuna oħra u li kiser il-mistrieħ tan-nies bl-għajjat u l-istorbju.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, bil-Maġistrat Bridgette Sultana tordna biex ir-raġel jibqa’ jinżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Share With: