Jintbagħtu sena ħabs wara li jammettu li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti ta’ ħaddieħor

Raġel ta’ 22 sena mill-Kosta tal-Ivorju u ieħor ta’ 19-il sena mis-Sudan ngħataw sena priġunerija wara li ammettew li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti li ma kinux tagħhom.

Il-Qorti semgħet kif l-akkużati kellhom fil-pussess tagħhom passaporti legali li madankollu kienu f’isem persuni oħrajn.

Id-Difiża qalet li ż-żewġ akkużati kienu spiċċaw Malta kontra r-rieda tagħhom u kienu għaddew minn ħafna biex waslu hawn. Id-difiża kompliet targumenta li t-tnejn li huma kienu għamlu dak kollu possibbli biex jitilqu minn Malta u qalet li wieħed għandu jifhem l-perikli li ffaċċjaw biex isibu futur aħjar.

Fid-dawl ta’ dan il-Maġistrat Astrid May Grima tat sentenza ta’ sena priġunerija liż-żewġ akkużati.

Share With: