Jingħataw il-ħelsien mill-arrest l-erba’ akkużati minn Nexia BT

Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter min Nexia BT ingħataw il-ħelsien mill-arrest. Dan wara li llum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tagħhom wara li tressqu fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus.

Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq diversi kundizzjonijiet li jridu jħarsu l-akkużati. Brian Tonna u Karl Cini jridu iħallsu €60,000 f’depożitu u jagħmlu garanzija personali ta’ €90,000.

Katrin Bondin Carter trid tħallas €15,000 f’depożitu u tagħmel garanzija personali ta’ €15,000 filwaqt li Manuel Castagna jrid iħallas €30,000 f’depożitu u jagħmel garanzija personali ta’ €45,000.

Barra minn hekk, l-erba’ akkużati ġew mitlubin jiffirmaw fl-għassa, filwaqt li jridu jkunu fir-residenzi rispettivi tagħhom matul il-lejl.

Share With: