Jingħataw 300,000 doża tal-vaċċin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi Tweet aktar kmieni llejla ħabbar li llum ntlaħqu t-300,000 doża tal-vaċċin.

Intant Fearne kompla jappella biex dawk kollha li jirċievu l-istedina tal-vaċċin jilquħha sabiex inkomplu nilqgħu kontra dan il-virus tal-Covid-19.

Pajjiżna kien minn ta’ quddiem fit-trattat biex ikunu jistgħu jaslulna l-konsenji tal-vaċċin neċessarji biex inlaqqmu kemm jista’ jkun nies u dan ġie nnutat f’diversi statistiċi fejn pajjiżna qiegħed iservi ta’ mudell għal pajjiżi oħra fejn jidħol proċess tat-tilqim.

Share With: