Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Fgura

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel; ta’ 31 sena minn Nepal kien qiegħed isuq mutur tat-tip Peugeot Tweet meta tilef il-kontroll u waqa’.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Share With: