“Jekk tara waħda bhal din aħftilha wiċċha”

“Kemm hi ħaġa negattiva li meta taraw uffiċjal tal-kommunità tridu tgħaddi xi kumment.” Hekk bdiet biex tgħid l-uffiċjal tal-kommunità Annabel Refalo hekk kif qasmet esperjenza li għaddiet minnha fl-aħħar sigħat.

Refalo kompliet tgħid li tara l-kummenti fuq ċertu paġni jagħjru lil dawn in-nies bħala li joffru servizz b’titli bħalma huma “ħodor”, “bla qalb”, “pigs” u min jaf kemm aktar.

Żiedet taqsam mal-pubbliku esperjenza ta’ kif hi u tqassam il-vaċċin ma’ infermiera oħra, għadda raġel bil-kelb u nstema’ jgħidlu biex jekk jara bħalha jaħtfilha wiċċha.

“Aħna għandna qalb u familja bħal kulħadd u nkunu qegħdin nagħmlu biss xogħolna… Jien kburija b’dan ix-xogħol, ħasra li t-tajjeb ftit li xejn jiġi nnutat”, temmet Refalo.

Share With: