Jammetti li bagħat messaġġi b’kontenut sesswali lil żewġ subien

Il-Youtuber James Charles ammetta li bagħat messaġġi b’kontenut sesswali lil żewġ subien ta’ 16-il sena. “Jiena nifhem perfettament li dak li għamilt huwa ħażin”, qal il-ġuvni ta’ 21 sena f’filmat li xerred fuq il-YouTube Channel tiegħu fl-aħħar sigħat. L-ewwel allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Charles feġġew fuq il-midja soċjali aktar kmieni din is-sena.

Fi Frar li għadda l-influencer; li għandu 25 miljun persuna jsegwuh, kien akkużat li sseduċa minorenni. Charles ċaħad din l-akkuża u qal li hu kompla ma’ dan iż-żagħżugħ għax kien jemmen li dan kellu 18-il sena.

Charles qal li matul il-karriera tiegħu kellu żewġ każi; dan imsemmi aktar kmieni u każ ieħor  is-sena li għaddiet. Huwa ammetta li dawn il-konverżazzjonijiet qatt ma kellhom isiru u li seta’ jfittex fuq pjattaformi oħra tal-midja soċjali biex jikkonferma l-identitajiet tagħhom.

Filwaqt li skuża ruħu mas-subien, l-influencer qal li se jkun qiegħed jieqaf għal perjodu ta’ żmien milli jxerred kontenut fuq iċ-channel tiegħu sabiex ikun jista’ jeduka ruħu aħjar.

Share With: