“Jalla li min kien isib il-kuntentizza f’ħajtu”; Godfrey Farrugia jappella lil min seraqlu l-bagalja tat-tabib biex jirritornahielu

Id-Deputat indipendenti Gofrey Farrugia qed jappella lil ħalliel biex jirritornalu l-bagalja tat-tabib. Il-bagalja nsterqet mill-karozza tiegħu matul il-lejl li għadda minn xi ħad li għoġbu jidħol fil-karozza u jisraq dak kollu li kien hemm fiha.

Farrugia qal li l-karozza tiegħu kienet ipparkjata fi Triq tal-Grazzja.

Filwaqt li qal li jappreza li kieku l-bagalja terġa’ tingħatalu lura, huwa temm jgħid li “jalla li min kien isib il-kuntentizza f’ħajtu”.

Share With: