Jaħrab mill-post wara li seraq flus mill-Fgura

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa fuq mara waqt li kienet fi Triq il-Karmnu, Fgura. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel li kellu hoody u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta , resaq lejn il-Filippina ta’ 25 sena, li tirrisjedi l-Fgura, u talab għall-flus. 

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus. 

Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin. 

Share With: