Iweġġa’ gravi wara li jintlaqat minn karozza waqt li kien qed isuq e-kick scooter

Żagħżugħ sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed isuq e-kick scooter. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 p.m. fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li kien qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: