Iweġġa’ gravi wara li jaqa’ t-taraq

Ġuvni ta’ 21 sena sofra ġrieħi gravi wara li tard ilbieraħ filgħaxija waqa’ t-taraġ f’residenza. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 p.m. fi Triq Fomm il-Għeliem, is-Swieqi.

Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-ġuvni, residenti Birkirkara, l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: