Iweġġa’ gravi bi grinder fi stalla

Raġel ta’ 78 sena residenti ż-Żejtun weġġa’ ġrieħi gravi wara li kien kien involut f’inċident waqt li kien qed fi stalla jaħdem bi grinder. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

Fuq il-post mar tim mediku li ħa lir-raġel, residenti ż-Żejtun, l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: