It-tabiba li kienet tagħti informazzjoni dwar kontroll ta’ twelid u abort

Bħal-lum 7 ta’ April 1872, twieldet Marie Diana Equi, tabiba radikali u attivista għad-drittijiet tan-nisa u kontra l-gwerra. Hi twieldet f’New Bedford f’Massachusetts.

Hi wara mxiet lejn Portland f’Oregon u kienet waħda mill-ewwel nisa li laħqet tabiba f’dan l-Istat li kienet tipprovdi informazzjoni fuq il-kontroll tat-twelid u dwar l-abort. Dan meta  kemm il-kontroll tat-twelid u anke l-abort kienu illegali.

Hi spiċċat f’inkwiet mal-Pulizija minħabba li appoġġjat azzjoni industrijali minn ħaddiema nisa. Hi spiċċat anarkista u involviet ruħha fl-Industrial Workers of the World Union.  Fis-sena 1918 hi weħlet tlett snin ħabs f’San Quentin u dan minħabba li opponiet l-involviment tal-Istati Uniti fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Hi xorta baqgħet attivista wara li ħarġet mill-ħabs.

Share With: