Is-Sindku Mellieħi Dario Vella b’donazzjoni lil Puttinu Cares

Ilbieraħ, nhar il-Gimgħa l-Kbira, is-sindku tal-Mellieħa Dario Vella beda l-gurnata tiegħu billi għamel ġest sabiħ meta ippreżenta donazzjoni ta’ €700 lill-Fondazzjoni Puttinu Cares. Filwaqt illi huwa ħeġġeġ liċ-ċittadini Maltin sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom lil din il-Fondazzjoni f’dawn iż-żminijiet diffiċli, fl-istqarrija tiegħu hu irringrazzja lil Puttinu Cares tal-impenn u dedikazzjoni tagħhom.

Min-naħa tagħhom, Puttinu Cares irringrazzjaw lis-Sindku tal-ġest nobbli tiegħu.

Share With: