Ir-Russja twissi li lesta tintervjenti fl-Ukrajna

Uffiċjal għoli Russu wissa li Moska tista’ tintervjenti fil-Lvant tal-Ukrajna biex tgħin lil residenti li jitkellmu r-Russu, f’każ li l-Ukrajna tniedi attakk apert fuq is-separatisti.

Ir-ribelli separatisti, li huma appoġġjati mir-Russja, u truppi Ukreni ilhom involuti fi ġlied bejniethom fil-Lvant tal-pajjiż.

Ir-Russja ilha tibni wkoll il-preżenza militari tagħha mal-fruntiera mal-Ukrajna.

L-uffiċjal Russu, Dmitry Kozak, qal li l-qawwiet Russi jistgħu jintervjenu biex jiddefendu liċ-ċittadini tagħhom.

Huwa wissa wkoll li l-eskalazzjoni tista’ twassal għall-bidu tat-tmiem tal-Ukrajna.

L-Istati Uniti u l-Ġermanja esprimew it-tħassib tagħhom dwar iż-żieda fit-tensjoni fir-reġjun.

Share With: