“Inwaqqfu l-vjaġġ u minfuq issib min jipponta jaħbat għalik” – Xufier mal-MPT

Dan is-sit kompla jitkellem ma’ ħaddiema minn setturi varji li matul il-pandemija baqgħu joffru servizz, anke jekk kellhom jaddattaw għal miżuri ġodda biex jipprevjenu t-tixrid tal-virus.

Tkellimna ma’ Kevin Spiteri, Xufier mal-Malta Public Transport li qalilna li jeħtieġ li l-messaġġ ikompli jinxtered biex jiġu osservati l-miżuri.

Spiteri qalilna li fuq ix-xarabank bħal postijiet oħrajn jeħtieġ li tinżamm id-distanza u jintlibsu l-maskri.

Spiteri kellimna dwar vjaġġi li kellu jwaqqaf mal-ġenb biex jitlob passiġġieri jilbsu l-maskra fejn fost ir-risposti li jingħata jgħidulu li “taqtagħli nifsi” jew “iddejjaqni”.

Huwa temm jgħid magħna li dawn is-sitwazzjonijiet jiltaqgħu magħhom diversi drabi u li jekk ma joqogħdux attenti malajr issib lil minn “jipponta jaħbat għalik”.

Share With: