“Inkwilini li qed jgħixu fi proprjetajiet li jaqbżu n-nofs miljun euro… x’alternattiva se jingħataw?” – Id-Deputat tal-PN Adrian Delia

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li hu fatt li huma l-ftit li għandhom il-ħafna tal-proprjetajiet u inutli jinħela l-ħin biex jiġi ġġustifikat ta’ min hu t-tort għax din hija realtà li tiddetta s-soċjetà.

Rigward il-liġi dwar ir-riforma tal-kirjiet, Delia qal li ma kull sena li tgħaddi qed jonqos iż-żmien tal-inkwilin, jonqoslu s-serħan il-moħħ li jkollu l-ammont li se jkun qiegħed jitlob is-sid. Qal li bil-maqlub, is-sid li jrid li jaqla l-ogħla dritt possibbli u li bid-dritt jixtieq jospita lil uliedu li ma jifilħux iħallsu, iżda ma jistax minħabba dawn il-kirjiet hekk imsejħa “tal-antik”.

Delia tkellem dwar l-inkwilini li qegħdin jgħixu fi proprjetajiet b’valur li jaqbeż il-€500,000. Huwa staqsa lill-Ministru konċernat dwar jekk għandux ċifra ta’ dawn l-inkwilini, u x’alternattiva se jkunu qegħdin jingħataw fosthom billi jispjega dwar x’tip ta’ akkomodazzjoni se jkunu qegħdin jingħataw u fejn se tkun lokata.

Share With: