Inċident fl-ajruport mistenni jwassal għal ittardjar f’xi titjiriet

Ritratt: Roger Azzopardi

Ajruplan tar-RyanAir li kien qed jiġi rmunkat spiċċa maħbut f’bawżer wara li għal xi raġuni nqala minn mat-trakk li kien qed jiġi rmunkat bih.

L-inċident seħħ  aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m f’wieħed mill-‘aprons’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta u għal xi ħin ġiet interrotta l-iskeda ta’ titjiriet. Xi titjiriet oħrajn ġew devjati lejn ajruporti oħrajn bħala miżura ta’ sigurtà.

Fuq il-post issejħu vetturi mis-sezzjoni tat-tifi tan-nar li kkontrollaw is-sitwazzjoni u neħħew il-periklu taż-żejt li ħareġ mal-ħabta. Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident jinsabu għaddejjin.

Share With: