Inawgurat il-proġett tal-Marsa Junction

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru Ian Borg inawgura l-proġett tal-Marsa Junction, l-akbar proġett infrastrutturali fit-toroq tal-pajjiż.

Il-proġett, li jikkonsisti mill-bini ta’ seba’ flyovers, elimina għal kollox it-traffic lights li kienu preżenti, b’dan iwassal biex jinħoloq inqas traffiku fiż-żona. Huwa stmat li aktar minn 100,000 persuna tuża dawn it-toroq kuljum.

Il-proġett jikkonsisti minn 12-il kilometru ta’ korsiji, u huwa stmat li l-ħin tal-ivvjaġġar permezz ta’ dan il-proġett se jkun qed jonqos bi 80%. Dan se jkun qed iwassal għal inqas tniġġis.

Il-Marsa Junction jinkorpora wkoll korsiji pedonali u għaċ-ċiklisti.

Share With: