Imutu erba’ persuni bil-Covid-19, bil-każi attivi jaqbżu s-600

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm erba’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Żewġ irġiel ta’ 77 u 79 sena u mara ta’ 63 sena mietu fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li raġel ta’ 61 sena miet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan wassal biex in-numru tal-persuni li mietu kaġun tal-virus issa tela’ għal 409.

Intant in-numru ta’ każi attivi qabeż is-600 każ hekk kif minn 1,808 swab test kien hemm 67 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 38 persuna li rkupraw mill-virus, biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 608.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 269,763 doża tal-vaċċin, bi 82,486 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Share With: