Immultat €800 wara li rreżista l-arrest tal-Pulizija

Raġel Taljan nħeles mill-arrest u ġie mmultat €800 wara li tressaq il-Qorti aktar kmieni llum akkużat li li rreżista l-arrest tal-Pulizija.

Il-każ seħħ f’jum il-Ħelsien, għall-ħabta tas-7.30 p.m, meta daħal rapport għand il-Pulizija li kien hemm raġel b’żaqqu barra fil-pubbliku.

Fil-Qorti ingħad kif l-imputat; Marco Di Giambattista ta’ 26 sena kien xurban meta avviċinat mill-awtoritajiet. Giambattista kien akkużat li hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika.

Id-difiża nnutat kif dan il-każ ma kienx wieħed serju u ntqal kif l-akkużat iddispjaċih għall-aġir tiegħu. Huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.

Share With: