Il-WHO twissi li t-tilqim fl-UE miexi bil-mod wisq u se jtawwal il-perjodu tal-pandemija

Il-WHO qiegħda ssostni li l-proċess tat-tilqim fl-Unjoni Ewropea miexi wisq bil-mod u li l-istati membri qed jissograw li jtawlu l-perjodu tal-pandemija,

Skont stħarriġ ippubblikat 5.6 fil-mija tal-popolazzjoni biss għadhom ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin meta kkumparat mas-46 fil-mija ta’ dawk li ngħataw it-tilqima fl-Ingilterra.

Id-Direttur reġjonali għall-Ewrropa fi ħdan il-WHO, Hans Kluge qal li sakemm ir-rata ta’ tilqima tibqa’ baxxa jeħtieġ li napplikaw miżuri li jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika sabiex jikkumpensaw għal dan l-ittardjar fil-proċess.

Kludge wissa’ lill-gvernijiet ewropej dwar sens ta’ sigurtà li tista’ tqarraq fejn minkejja li fl-UE beda l-proċess tal-immunità, il-kontinent xorta jibqa’ t-tieni l-aktar wieħed milqut fid-dinja bħala rata ta’ infezzjonijiet u mwiet.

Il-WHO qalet li l-każi ġodda qegħdin jibqgħu jiżdiedu fl-etajiet kollha għajr dawk ’il fuq minn 80 sena u dan juri li t-tilqima qiegħda tħalli impatt pożittiv kontra din il-pandemija.

Skont l-Università ta’ Johns Hopkins s’issa fl-UE mietu aktar minn 600,000 persuna kawża tal-pandemija tal-Covid-19.

Share With: