Il-president tal-UEFA jattakka lil Agenelli, Woodward u lil Perez

Il-president tal-UEFA Aleksander Ceferin kompla jattakka lil dawk li mexxew is-Super League Ewropea, jiġifieri, Andrea Agnelli, Ed Woodward u Florentino Perez.

Din il-”gwerra” bdiet wara 12-il membru fundatur ħabbru l-parteċipazzjoni tagħhom fis-Super League  liema tournament kien se jissostitwixxi lill-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League u li kien appoġġat minn fond ta’ investiment ta’ £3.3 biljun garantit mill-bank, JP Morgan.

U Ceferin, li huwa l-parrinu tat-tifla ta‘ Agnelli, sostna li l-istess Agnelli, Woodward u Perez, bħala ‘giddieba’ hekk kif żvela l-firxa sħiħa tal-ingann tas-Super League.

“Nhar is-Sibt, ħames klabbs ċempluli u qalu li kellhom jissieħbu sabiex ma jitħallewx barra,” żvela Ceferin.

“Agnelli kien ċaħad li kien qed jinbena pjan biex jitwaqqaf dan is-Super League. Jien diġà kont naf li hu kien wieħed minn dawk li ħolqu dan il-pjan u għaldaqstant stedintu biex tinħareġ stqarrija dwar dan.  

“Huwa qal li din hija idea tajba u qalli biex niktibha u nibgħathielu biex jaraha. Jien hekk għamilt … iżda meta ċempiltlu ma rrispondiex. Erġajt nipprova nċempillu iżda baqa’ ma weġibx. 

“Meta finalment weġibni, qalli li kien se jirranġa xi affarijiet mill-istqarrija … iżda meta erġajt ċempiltlu ma weġibx …”

Ceferin, li oriġinarjament kien sejjaħ lit-12-il membru fundatur bħala ‘sriep’ għall-formulazzjoni tas-Super League, fejn huwa wkoll attakka   lill-viċi-president eżekuttiv ta‘ Manchester United, Woodward, li ċempillu biex jgħid li kien kuntent u kien qed jappoġġa l-pjani għar-riforma taċ-Champions League li  jespandu minn 32 tim għal 36.

Woodward sar l-ewwel vittma tas-Super League nhar it-Tlieta filgħaxija meta ġie mħabbar li kien se jieqaf fl-aħħar tal-istaġun mir-rwol tiegħu wara l-konsegwenza katastrofika li segwiet.

Ceferin qal: ‘Ed Woodward sejjaħli nhar il-Ħamis u qal li huwa kuntent ħafna bir-riforma taċ-Champions League u li kien eċċitat li kien se jivvota għaliha. Nafu x’ġara wara!!”

U mbagħad, il-president tal-UEFA attakka wkoll lil Perez li l-Erbgħa filgħaxija ċaħad bil-qawwa kollha li se jċedi s-Super League wara li insista li t-12-il klabb iffirmaw ‘kuntratt legalment vinkolanti’.

“Perez jobgħodni għax ma nagħmilx dak li jogħġob lilu. Wara kollox huwa  president tas-Super League. President ta ‘xejn’”.

Share With: