Il-PN mhux qed jattira votanti ġodda – Roselyn Borg Knight

Il-Partit Nazzjonalista mhux qed jattira votanti ġodda jew lil dawk li telqu mill-partit żmien ilu. Hekk qalet il-kandidata tal-PN Roselyn Borg Knight f’kumment fuq il-midja soċjali.

Borg Knight għaddiet dan il-kumment wara li llum kienu ppubblikati surveys politiċi li juru li l-PN qed jonqos milli jżid l-appoġġ tiegħu.

Fl-istess waqt Borg Knight qalet li jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jippreżenta politika ġdida b’uċuħ relevanti.

Tenniet li huwa evidenti li l-Partit Nazzjonalista qed idoqq mużika li ma tinżilx tajjeb maż-żgħażagħ u dawk li telqu mill-partit mhux se jerġgħu jiġu fi ħdanu jekk jaraw li r-raġunijiet li ġiegħluhom jitilqu għadhom preżenti.

Share With: