Il-Ministru Carmelo Abela juri avviż li fih Hyzler jirreklama laqgħat ma’ kostituwenti bħala Segretarju Parlamentari

Dan l-avviz intwera mill-Ministru Carmelo Abela fi programm televiżiv u fih George Hyzler jidher qed jirriklama l-fatt li qed ikollu appuntamenti mal-kostitwenti, u jgħid lill-kostitwenti tad-distrett iċemplu lis-Segretarjat Ministerjali tiegħu. 

Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li huma konvinti moralment li dan l-avviż imur kontra l-kodiċi tal-etika fih innifsu. L-istess sorsi staqsew jekk dan l-avviż tħallasx minn fondi pubbliċi? L-istess sorsi qalulna li huma jemmnu li hi ironika li llum Hyzler qed jgħid li jaħseb li Carmelo Abela għamel użu ħażin ta’ fondi pubbliċi meta allegatament hu rriklama xogħol tal-Gvern b’ritratt tiegħu. L-istess sorsi qalulna li huma konvinti li f’dak ir-reklam Hyzler kien qed jirriklama lilu nnifsu b’tali mod li ma jiddistingwix bejn l-irwol tiegħu ta’ MP u ta’ Segretarju Parlamentari.

L-istess sorsi qalulna li huma konvinti quddiem dak żvelat li l-pożizzjoni ta’ Hyzler mhix aktar tenibbli abbażi tal-fatt li Hyzler mhux qed jirreklama xogħol tal-Gvern kuntrarjament għall-avviż tal-Ministru Abela li kien qed jirriklama xogħol governattiv.

Share With: