Il-mewt ta’ Thatcher u eluf kbar ta’ ħaddiema ċċelebraw fit-toroq

Bħal lum 8 ta’ April tas-sena 2013, kienet mietet l-eks Prim Ministru Ingliż Margaret Thatcher. Mal-aħbar tal-mewt tagħha, b’mod spontanju saru għadd ta’ parties u festini fi-toroq b’mod partikolari mill-klassi tal-ħaddiema. Iċ-ċelebrazzjonijiet spikkaw f’kommunitajiet li kienu magħrufa li fil-passat kienu l-mekka tal-ħaddiema tal-minjieri, ħaddiema li kienu intlaqtu ħażin ħafna mill-politika konserattiva ta’ Thatcher.

Il-legat ta’ Thatcher jibqa’ dak ma’ kif kenet kissret il-movimenti tal-ħaddiema fir-Renju Unit u dan wara li għelbet l-istrajk tal-ħaddiema tal-minjieri fis-senan 1984. Dan wassal għal xenarju fejn kien hemm żieda kbira fl-inugwaljanzi u l-qgħad.  Il-gvern ta’ Thatcher kien ukoll farrak l-akkomodazzjoni soċjali u din wasslet biex żdiedu l-prezzijiet tal-proprjetà b’ħafna koppji fosthom żgħażagħ illum ma jifilħux jixtru proprjetà.

Thatcher kienet ilmentat li t-tfal kieu qed jiġu mgħallma li għandhom dritt ikunu ‘gay’ u minħabba dan hi introduċiet liġi li kienet tipprojbixxi it-tagħlim marbut ma’ suġġetti simili.

Fejn tidħol il-politika barranija, Thatcher kienet magħrufa għal messaġġi li kienu jitqiesu bħala razzisti fosthom meta wissiet lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljan biex joqogħod attent mill-Ażjatiċi u biex joqgħod attent li l-Awstralja ma tispiċċax bħal ‘Fiji’ fejn skont hi l-Indjani ħakmu dak il-pajjiż.

Hi ma waqfitx hemm u kienet iddikjarat lil African National Congress bħala organizazzjoni tipika terroristika. Apparti dan, Thatcherkienet  ħabiba personali tad-dittatur Ċilen il-ġeneral Augusto Pinochet, li kien responsabbli għal sturpi, qtil, u tortura ta’ eluf kbar ta’ nies. 

Fir-Renju Unit hi appoġġjat persuni li kellhom allegazzjonijiet ta’ allegati abbużi fuq tfal minkejja li hi kienet konxja ta’ dawn l-allegazzjonijiet. Fost dawn kien hemm Sir Peter Hayman u d-deputati Cyril Smith u Peter Morrison. Ma’ dawn hi kienet għamlet ‘lobbying’ biex il-ħabib tagħha, il-pedofelu Jimmy Savile ikun onorat.

Share With: