Il-Maltin bl-aktar rata għolja ta’ ħajja fl-Ewropa

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fuq Twitter ħabbar li l-Maltin igawdu mill-itwal ħajja u b’saħħitha fost il-Membri Stati fl-Unjoni Ewropea.

Fost in-nisa Malta tinsab fil-quċċata, fejn minkejja li l-età medja fost il-Membri Stati qiegħda 65.1 sena, f’Malta l-età fost in-nisa qiegħda 73,5 sena. Fir-rigward tal-irġiel, Malta tokkupa t-tieni post, fejn l-età qiegħda 72.9 sena.

Din l-aħbar tkompli tikkonferma s-servizz għoli ta’ saħħa li għandna f’pajjiżna.

Share With: