Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun b’inizjattiva għal ħajja aħjar f’ambjent aktar nadif

Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed iqassam basket li jintrabat mal-qadd u bamboo straw lil istudenti tal-iskejjel primarji tal-gvern fil-Ħamrun. 

Dan qiegħed isir bħala parti minn promozzjoni li qiegħed jagħmel il-Kunsill bi promozzjoni għal ħajja aħjar u aktar nadifa.

Is-Sindku Christian Sammut qal li l-basket qiegħed jitqassam bil-ħsieb biex it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-maskra kif ukoll oġġetti oħra bħalma huwa l-hand sanitizer speċjalment waqt il-ħin tal-break. 

Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed jgħin biex jitnaqqsu l-istraws tal-plastik u għalhekk qiegħed iqassam ukoll bamboo straws li jistgħu jibqgħu jintużaw u ma jżommux ċertu mikrobi magħhom.

Share With: