Il-kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej jaċċetta n-nomina ta’ Dr Martin Sammut bħala Delegat Prosekutur Ewropew

Il-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej aċċettaw in-nomina ta’ Dr Martin Sammut biex jaġixxi bħala d-Delegat Prosekutur Ewropew għal Malta.

Dan l-irwol jaqa’ fi ħdan l-istrutturi tal-Uffiċċju tal-Prosekuturi Pubbliċi Ewropej (EPPO) stabbilit fl-2017 u li tagħha Malta saret membru parteċipi f’Ottubru 2018. L-EPPO huwa uffiċċju indipendenti tal-Unjoni Ewropea, li jinvestiga, jipprosekwixxi u jressaq għall-ġudizzju reati kontra l-baġit tal-UE, bħalma huma frodi, korruzzjoni jew cross-border VAT fraud—speċifikament dawk ir-reati hekk imsejjħaPIF crimes.

Dr Martin Sammut kiseb Masters fil-Liġi fl-2017 wara li gradwa b’Baċċelerat fil-liġi fl-2016. Fl-2014 hu okkupa l-kariga ta’ Assistent Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija, kif ukoll fis-sena 2018 sar membru tal-Bord tal-FIAU. Dr Sammut huwa lecturer fl-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinarji, għallem il-liġi kriminali u s-setgħat tal-pulizija lil diversi studenti.

Dr Martin Sammut ġie magħżul wara proċess ta’ skrutinju tal-istess Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropew li huwa il-korp ewlieni inkarigat bl-amministrazzjoni tal-EPPO.

Il-Gvern awgura lil Dr Martin Sammut għal din il-kariga f’pożizzjoni prestigjuża. 

Share With: