Il-Korea ta’ Fuq tħabbar li mhux se tieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokyo biex tipproteġi lill-atleti tagħha mill-Covid-19

Il-Korea ta’ Fuq ħabbret li mhux se tieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokyo din is-sena, u qalet li d-deċiżjoni hi li tipproteġi lill-atleti tagħha mill-Covid-19.

Id-deċiżjoni ttemm it-tamiet tal-Korea t’Isfel li tuża l-Logħob biex timpenja ruħha mal-Korea ta’ Fuq fost taħditiet li kienu għaddejin bejniethom iżda li issa waqfu.

Fl-2018, iż-żewġ naħat daħlu f’team konġunt fl-Olimpjadi tax-Xitwa li wasslu għal sensiela ta’ summits storiċi.

Kelliema għal Pyongyang qalu li m’hemmx każijiet tal-virus iżda l-esperti jgħidu li dan mhux probabbli.

Is-sistema tas-saħħa tal-pajjiż hija maħsuba li hija kompletament inadegwata biex tittratta l-pandemija Covid.

Dan jagħmel lill-Korea ta’ Fuq l-ewwel pajjiż ewlieni li mhux se jieħu sehem fil-Logħob Olimpiku minħabba l-pandemija. L-avveniment għandu jibda fit-23 ta’ Lulju.

Din se tkun l-ewwel darba li l-Korea ta’ Fuq tilfet Olimpjadi tas-Sajf mill-1988, meta keinet ibbojkottjat il-Logħob ta’ Seoul matul il-Gwerra Bierda.

Id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħa tal-kumitat Olimpiku fil-25 ta’ Marzu.

Madankollu, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC) qal li ma kienx “irċieva applikazzjoni uffiċjali” mill-Korea ta’ Fuq li kienet se titrira mil-Logħob.

Żiedet tgħid li minkejja t-talbiet ripetuti, il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tal-pajjiż naqas milli “jagħmel konferenza virtwali li matulha s-sitwazzjoni Covid-19 fil-Korea ta’ Fuq kellha tkun diskussa wkoll.”

Il-Korea ta’ Fuq ħadet miżuri stretti kontra l-virus minn meta faqqgħet is-sena li għaddiet fosthom li għalqet il-fruntieri tagħha fl-aħħar ta’ Jannar u żammet fi kwarantina lil mijiet ta’ barranin fil-kapitali tagħha.

Mill-bidu tas-sena li għaddiet, il-ferroviji u l-vaguni ġew projbiti li jidħlu jew joħorġu mill-Korea ta’ Fuq, bil-biċċa l-kbira tat-titjiriet internazzjonali tal-passiġġieri jitwaqqfu wkoll.

Kien hemm tamiet mill-President tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in li l-Logħob jista’ jkun katalist għall-progress bejn iż-żewġ Korea.

Dak kien il-każ fl-2018, meta l-Korea ta’ Fuq bagħtet 22 atleta għall-Olimpjadi tax-Xitwa fil-Korea t’Isfel, flimkien ma’ uffiċjali tal-gvern, ġurnalisti u grupp ta’ 230 partitarju.

Fost il-kontinġent kien hemm oħt il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un, Kim Yo-jong – mossa li għenitha tibda diplomazija mal-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti.

It-taħdidiet li segwew wasslu għal sensiela ta’ laqgħat storiċi u ta’ profil għoli bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq u l-ex President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Kien hemm tama għal relazzjonijiet imtejba wara l-laqgħat, iżda xejn ma mmaterjalizza u l-atmosfera minn dakinhar marret għall-agħar.

Il-Korea ta’ Fuq u ta’ Isfel teknikament għadhom fi gwerra għax ma ġie ffirmat l-ebda trattat ta’ paċi meta ntemmet il-Gwerra tal-Korea fl-1953.

Intant, fil-Ġappun, avveniment preparatorju Olimpiku ġie kkanċellat wara li infezzjonijiet ta’ Covid faqqgħu f’kamp ta’ taħriġ għat-team Ġappuniż tal-waterpolo – b’seba ’persuni jittestjaw pożittiv għall-virus.

Kien hemm tħassib dejjem jikber fil-Ġappun li l-pajjiż jista’ jkun qed jistenna r-raba’ mewġa potenzjali tal-Covid-19.

Share With: