Il-każi attivi jkomplu jonqsu b’aktar fejqan minn każi ġodda

In-numru tal-każi attivi kompla jinżel konsiderevolment hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 2,361 swab test li ttieħdu kien hemm 42 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 filwaqt li kien hemm 94 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex il-każi attivi issa niżlu għal 687.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm anzjan ta’ 82 sena li miet fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. B’hekk it-total ta’ persuni li mietu kawża tal-pandemija issa tela’ għal 395 persuna.

Intant skont l-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-saħħa rriżulta li sal-bieraħ 203,553 persuna ngħataw it-tilqima, b’55,897 minnhom ikunu t-tieni doża.

Share With: