Il-każi attivi jinżlu għal ftit aktar minn 500

In-numru tal-każi attivi kompla jinżel konsiderevolment hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 2,164 swab test li ttieħdu kien hemm 64 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 filwaqt li kien hemm 67 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex il-każi attivi issa niżlu għal 528.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul dawn l-aħħar 24 siegħa ma kienx hemm mwiet relatati mal-Covid-19.

Intant skont l-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-saħħa rriżulta li sal-bieraħ 219,161 persuna ngħataw it-tilqima, b’60,096 minnhom ikunu t-tieni doża.

Share With: