“Il-Kap tal-PN qed jakkużana li rridu l-voti taż-żgħażagħ” – Il-Ministru Byron Camilleri

Waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li dan il-gvern huwa wieħed li ma jibżax mir-riformi. Huwa tkellem dwar dan waqt li kien qiegħed jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi dwar ir-riforma tal-kirjiet ikkontrollati.

Camilleri qal li dan il-gvern jagħmel riformi li jemmen fihom. Qal li “sfortunatament, sal-lum stess il-kap tal-Oppożuzzjoni għadu joħroġ hemm barra u jgħid li dawn nagħmluhom biex inġibu l-voti speċjalment meta nitkellmu fuq il-minoranzi. Issa qed jakkużana li rridu l-voti taż-żgħażagħ u b’hekk qed nipproponu white paper fir-riforma tal-kannabis.”

Camilleri qal li r-risposta tal-poplu ma kinitx biss rekord ta’ suċċess għall-Partit Laburista, iżda rekord ukoll negattiv għall-Partit Nazzjonalista.

Share With: